Mur id-dar u vvota biex l-Ingliterra tibqa’ fl-UE. Dan hu l-messaġġ li qiegħed iwassal Ryanair lil dawk kollha eliġibbli jivvotaw fir-referendum li jiddetermina l-futur tar-Renju Unit.
Ryanair illum niedew skont fuq il-biljetti tal-ajru bl-isem “Fly Home to Vote Remain”.
Tijiriet lejn l-Ingilterra jibdew biss minn €19.99 biex wieħed ikun hemm bejn l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju u l-Ħamis 23 ta’ Ġunju. Hemm madwar 1.2 miljun Ingliż li jgħix barra mir-Renju Unit. Ryanair għandha madwar 41 miljun klijent madwar id-dinja.
Minn nofsillejl ta’ llum sa nofsillejl ta’ għada, klijenti jistgħu jirriżervaw titjiriet lejn kull ajruport Ingliż bi prezzijiet ridotti ferm.
Permezz ta’ stqarrija l-linja tal-ajru ddikjarat li temmen li jekk ir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, dan iwassal għal aktar ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir tal-ekonomija Ingliża.