Il-linja tal-ajru Ryanair nediet l-iskeda tas-sajf għal Malta, b’rotot ġodda.Fost ir-rotot ġodda hemm dik direzzjoni lejn Aberdeen darbtejn fil-ġimgħa, lejn Barċellona erba’ darbiet fil-ġimgħa, lejn Bratislava darbtejn fil-ġimgħa, lejn Paris Beauvais darbtejn fil-ġimgħa, Gothenburg darba fil-ġimgħa, Porto darbtejn fil-ġimgħa, Pescara darbtejn fil-ġimgħa, Seville darbtejn fil-ġimgħa, Tallinn darba fil-ġimgħa, u servizzi lejn Belfast darbtejn fil-ġimgħa, Napli darbtejn fil-ġimgħa u Riga darbtejn fil-ġimgħa se jkunu qed ikomplu matul ix-xitwa.
B’dawn id-disa’ servizzi ġodda, u tliet rotot oħra, l-iskeda tas-sajf ta’ Malta għar-Ryanair se tkun qed tinkludi 54 rotta b’kollox.
Sabiex timmarka t-tnedija ta’ din l-iskeda, ir-Ryanair ħarġet offerti li jibdew minn €14.99 għal vaganzi bejn April u Mejju, li huma biss disponibbli mis-sit ta’ Ryanair sa nofsillejl tal-4 ta’ April.