Il-linja tal-ajru Ryanair se tkun qed tikkanċella 18,000 titjira bejn Novembru u Marzu, fejn madwar 400,000 passiġġier se jkun qed jiġi affettwat.
Se tkun qed tuża 25 ajruplan inqas mis-soltu sabiex tnaqqas ir-riskju li jkun hemm iktar titjiriet ikkanċellati.
Aktar minn 30 rotta se tkun sospiża din ix-xitwa, fosthom minn Stansted għal Edinburgh u Glasgow, Gatwick għal Belfast u Newcastle għal Faro.