B’investiment addizzjonali ta’$ 100 miljun f’ajruplan ieħor ibbażat Malta, il-kumpanija tal-ajru Ryanair ħabbret l-iskeda tagħha għas-sajf 2017.
Se jkun hemm sitt rotot ġodda lejn Brussell, Catania, Nuremberg, Toulouse, Valencia u Vilnius.
Permezz ta’ dawn ir-rotot, Ryan se taqdi 2.1 miljun klijent u issostni 1,600 impjieg.
B’hekk fis-sajf li ġej, Ryanair se jkollhom erba’ ajruplani bbażati hawn Malta, sitt rotot ġodda u aktar titjiriet lejn Dublin u East Midlands. B’kollox se jkun hemm 42 rotta, u aktar minn 140 titjira fil-ġimgħa.