Eluf ta’ passiġġieri tar-Ryanair spiċċaw kellhom it-titjira tagħhom ikkanċellata wara azzjonijiet industrijali minn piloti Ġermaniżi li ngħaqdu ma’ piloti Belġjani u Olandiżi.
Flimkien magħhom ser jingħaqdu l-ħaddiema tal-cabin crew fil-Belġju, Ġermanja, Italja, Olanda, Portugal u Spanja bi protesta fuq certi kundizzjonijiet u anke l-kuntratti tagħhom.
Dan wassal għall-ikkanċellar ta’ 250 titjira b’kollox sa issa.