Is-Segretarju tal-Kabinett, is-Sur Ryan Spagnol, fetaħ kawża ta’ libell fil-konfront ta’ Jason Azzopardi.
Fi stqarrija uffiċjali li bagħat, Spagnol qal li dan qed isir wara sensiela ta’ allegazzjonijiet foloz u malafamanti fil-konfront tiegħu fuq il-midja soċjali.
Filwaqt li pubblikament u b’mod immedjat is-Sur Spagnol ċaħad mill-ewwel kull forma ta’ allegazzjoni jew insinwazzjoni fil-konfront tiegħu, dalgħodu talab lill-avukat tiegħu Chris Cilia biex jibda dawn il-proċeduri fil-Qorti u jkun jista’ jnaddaf ismu mill-aktar fis.
Għalhekk, fid-dawl tas-serjetà tal-allegazzjonijiet li saru u l-kariga li jokkupa s-Sur Ryan Spagnol, il-Qorti ntalbet ukoll sabiex tisma’ u tiddeċiedi dan il-każ b’urġenza.