Ryan Schembri, dak li kien is-sid tal-More Supermarkets ġie arrestat fl-Iskozja.
Diversi rapporti qalu li Schembri ġie arrestat wara mandat t’arrest maħruġ mill-Interpol.
ONE News ikkonferma wkoll minn sorsi li Schembri fil-fatt ġie arrestat u jista’ jaffaċċja akkużi marbuta ma’ ħasil ta’ flus.
Schembri kien issemma wkoll fil-każ ta’ qtil tal-Avukat Carmel Chircop hekk kif hu mifhum li l-Avukat li nqatel, kien sellef mat-tliet kwarti ta’ miljun ewro lil Schembri.
Schembri kien ħarab minn Malta meta s-Supermarkets tiegħu fallew u anki kellu negozju ma’ wieħed mill-aħwa tal-Maksar, Adrian Agius.
Dan tal-aħħar kien Direttur tal-More Supermarkets.