Ryan Pisani huwa r-rebbieħ tar-raba’ Euro Tour organizzat mill-Malta Pool Association. Fil-finali Pisani għeleb lil Miguel Falzon bl-iskor konvinċenti ta’ 8-3.
F’ finali oħra tal-kategorija Under 18 Denzel Falzon kiseb rebħa ta’ 7-5 fuq Nick Muscat filwaqt Casdy Vella għeleb lil Kieron Bugeja 8-2 fil-finali tal-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena. Fil-kategorija Over 50’s ħareġ rebbieħ Kevin Mercieca b’ rebħa ta’ 8-0 fuq Antoine Aquilina filwaqt li Gaetano Camilleri għeleb lil Chris Cohen 7-5 fil-finali tal-kategorija Over 60’s .
Alexia Cassano kienet ir-rebbieħa tal-kategorija femminili b’ rebħa ta’ 6-2 fuq Caroline Grech.
Dawn il-players kisbu post fit-timijiet nazzjonali rispetivi tagħhom li ser jirrapreżentaw lill-pajjiżna fil-kampjonati Ewropej li ser isiru bejn it-8 u l-14 ta’ Frar f’Malta.

