Fil-finali tas-Sibt 12 ta’ Frar, Ryan Hili ġie ddikjarat permezz tal-vot tal-pubbliku, r-rebbieħ tat-tielet edizzjoni ta’ Xfactor Malta. Ryan huwa l-ewwel ġuvni li qatt rebaħ din il-kompetizzjoni, wara li l-Għawdxija Michela Pace u l-kantanta Destiny kienu rebħu l-ewwel żewġ edizzjonijiet.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/02/13101759/RYAN_HILI_1-1024x682.jpg)
Ryan Hili rebaħ kompetizzjoni mqanqla b’finali bejn 4 parteċipanti. Intqal li kien hemm ‘il fuq minn 38,000 persuna li b’xi mod jew ieħor vvutaw fis-serata finali.