Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus żelaq fin-niexef fuq wegħda ewlenija tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif deher mhux ippreparat għall-aħħar u evażiv.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista mill-Awtorità tax-Xandir, it-Tlieta filgħaxija, Callus kien mistoqsi dwar wegħda ewlenija tal-Partit Nazzjonalista.
Dik dwar il-famuż trackless tram.
Wara li qal li l-Partit Nazzjonalista studja din il-wegħda minn pajjiżi oħrajn li implimentawha, Ryan Callus kien mistoqsi dwar ħames pajjiżi li studjaw u li għandhom din is-sistema ta’ trasport pubbliku.
Madankollu l-ġurnalist baqa’ bla risposta.
Intant meta mistoqsi aktar dwar din il-proposta tat-tramm, Ryan Callus ikkonferma li din se twassal biex f’ċertu toroq nispiċċaw b’karreġġjata waħda għaliex l-oħra tieħodha t-tramm.
Qal, “U allura iva se tkun qiegħda tieħu waħda mill-karreġjati preżenti, però dawn se jmorru id f’id Mark Laurence.”
Din idikjarazzjoni tmur litteralment bil-kontra ta’ dak li qal il-Perit Toni Bezzina sigħat qabel, li tkompli tikkonferma t-taħwid fil-wegħdiet ta’ Bernard Grech.