Deputati nazzjonalisti komplew mal-kap Adrian Delia jiddefendu lill-kelliem tal-oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi wara li poġġa lis-suldati tal-armata, lill-Brigadier Jeffrey Curmi u lill-Prim Ministru Robert Abela taħt investigazzjoni fuq akkuza t’attentat ta’ qtil. Piena li ġġorr magħha għomor il-ħabs.
Wara li Jason Azzopardi ħarab mill-akkużi li għamel hekk kif irrinunzja lilu nnifsu, il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza tal-aħbarijiet.
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus kien ieħor li meta staqsejnih dwar l-aġir ta’ Jason Azzopardi, ħareġ għonqu għall-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja.
“Kif se tibqgħu tiddefendu lil Jason Azzopardi?” Staqsiet il-ġurnalista ta’ ONE News. Mistoqsija li Callus wieġeb għaliha hekk, “Niddefendu l-verità u Jason Azzopardi qeda dmiru.”
Saħansitra anki ġurnalista tal-midja indipendenti staqsiet fuq l-aġir ta’ Azzopardi iżda Ryan Callus saħaq li Jason Azzopardi aġixxa b’responsabilità.
Callus qal, “Għażel b’responsabilità ilhi jirrilaxxa l-impenn tiegħu f’dan il-każ.”