F’pajjiżna Vitals Global Healthcare se jkollu bord ta’ persuni intiżi fil-qasam mediku, bħala parti mill-private public partnership bejn il-Gvern u l-VGH fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Professur Albert Fenech, sa ftit ilu Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista, se jkun parti minn dan il-bord.
Spjega dan Ram Tumuluri, wieħed mid-diretturi tal-proġett, li qal ukoll li l-bord se jkun magħmul minn tnax-il membru, lkoll esperti. Nofs dan il-bord se jkunu professjonisti Maltin.
Il-Professur Albert Fenech irriżenja minn deputat parlamentari fi ħdan il-PN minħabba l-impenji li daħal għalihom bħala Direttur Mediku u Kap tal-Kardjoloġija fl-investiment tal-konsorzju Vitals f’Malta – l-istess konsorzju kritikati bl-aktar mod aħrax mill-kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
F’Ġunju One News kien tkellem mal-Professur Fenech, li kien aċċenna għall-“istejjer inventati” u l-affarijiet li n-nies “jestrapolaw u jimmaġinaw” dwar il-ftehim tal-Gvern Malti ma’ grupp li ilu stabbilit mal-mitt sena.
https://www.youtube.com/watch?v=XsnBcpZGfoA