Il-kumpanija globali Ernst & Young (EY) appuntat lil Ronald Attard kap tas-servizz ta’ parir li joffru dwar tranżazzjonijiet fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa. Dawn it-tip ta’ servizzi huma offruti lil 21 pajjiż b’kollox.
Ronald Attard se jkun parti minn kumitat eżekuttiv. Huwa ssieħeb mal-kumpanija fis-sena 2000 meta din ġiet stabbilita hawn Malta. Tul is-snin EY f’Malta għamlet passi kbar ‘l quddiem, espandiet il-portafoll tagħha fis-settur privat u ddiversifikat dak illi toffri.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, Ronald Attard qal li l-fatt li ġie appuntat f’dan ir-rwol se jfisser opportunitajiet għal pajjiżna. Stqarr li dawn il-kuntatti globali se jgħinu biex inkunu nistgħu nesploraw territorji ekonomiċi u finanzjarji li ma ġewx esplorati qabel.