L-Ungerija u s-Slovakkja taw is-sapport tagħhom għall-kandidatura tal-Prim Ministru Olandiz Mark Rutte biex ikun is-Segretarju Ġenerali li jmiss tan-NATO.
Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Ungeriz Viktor Orban ikkonferma li huwa qed jagħti s-sapport tiegħu lejn Rutte sabiex immexxi lin-NATO minflok Jens Stolenberg.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Kap li jmiss tan-NATO għandu bosta sfidi li se jaffaċċja, fosthom bil-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, fl-Ukrajna.