Ruth Sciberras inħatret bħala Kap Eżekuttiv ġdida tal-Aġenzija Sapport. Is-Sinjura Sciberras kienet Direttur tal-Operat tal-Aġenzija Appoġġ.
Is-Sinjura Sciberras għandha esperjenza twila fil-qasam soċjali, hekk kif, bħala social worker professjonali, ilha taħdem f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 22 sena. Kemm kienet ilha fl-Aġenzija Appoġġ, is-Sinjura Sciberras ħadmet f’diversi oqsma ta’ din l-aġenzija, b’xogħol mat-tfal, żgħażagħ, u l-familji tagħhom.
Għal diversi snin kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Aġenzija Appoġġ, u diversi servizzi kienu taħt it-tmexxija tagħha, fosthom il-qasam tal-vjolenza domestika, is-servizz tax-xelter Għabex, u l-protezzjoni tat-tfal. Is-Sinjura Ruth Sciberras hija wkoll Chairperson tal-Kumitat għat-Trobbija Pożittiva.
Ritratt: MFCS_PS