F’dawn l-aħħar ġranet, il-kittieba u producer Ruth Frendo, ġiet magħżula mal-aqwa tliet finalisti għall-premju internazzjonali li jrebbaħ individwi ta’ suċċess li jkunu studjuw fl-Ingilterra. Ruth ġiet nominata mill-Università Sheffield Hallam hekk kif fl-2014 kisbet Masters fejn speċjalizzat fil-midja u fil-kommunikazzjoni.
Il-kittieba ġiet magħżula mal-aqwa tlieta fl-Ewropa minn 1,700 applikanti oħrajn minn 123 pajjiżi differenti, liema finalisti ġew magħżula minn professjonisti differenti minn madwar id-dinja.
“Kienet sorpriża sabiħa għalija kemm li l-Università fejn studjajt għoġobha tinnomina lili mill-istudenti l-oħrajn kollha, u aktar u aktar li spiċċajt mal-ewwel tliet finalisti. Dan ikompli jġiegħlni nemmen kemm hu tassew importanti li kollha kemm aħna nagħmlu ħilitna biex dejjem niżviluppaw lilna nfusna, xi ħaġa li biħsiebni nkompli nagħmel anki fis-snin li ġejjin,” kienu l-kummenti tagħha.