Uffiċjal ta’ kumpanija tal-avjazzjoni militari Russa u li qed ifittex ażil f’Malta weħel sitt xhur ħabs wara li ammetta li, mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali, ippreżenta karta tal-identità falza taħt nazzjonalità Litwana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel, li hu miżżewweġ Ukrena, qal fil-Qorti li ħarab u temm il-karriera f’pajjiżu għax ma riedx jgħin lir-Russi joqtlu lill-qraba u ħbieb Ukreni.
Quddiem il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donetella Frendo Dimech, intqal kif l-akkużat ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija u li għandu każ bi storja partikolari.
Intant, qabel dan il-każ, tressaq Ingliż li ġie akkużat li għen lir-Russu jiġu lejn Malta b’mod illegali. Il-Maġistrat waħħlitu għaxar xhur ħabs, sospiżi għal sentejn.