Russu ta’ 47 sena, indarab waqt li kien qed jorbot xi ċima li għal xi raġuni daret miegħu bil-konsegwenza li nqabad fil-magna li tiġbed il-ħbula. Il-bieraħ għall-ħabta ta’ 19:30 l-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien weġġa’ waqt li kien fuq bastiment li kien jinsab 9.7 mili nawtiċi ‘l barra minn
Żonqor Point, Marsaskala.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ helicopter u iktar tard ġie iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Y Micallef Stafrace LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.