Raġel Russu li joqgħod il-Mosta ġie mixli fil-Qorti li kien kompliċi fil-każ ta’ Eleanor Mangion Walker. Jidher li hu għen biex jinħeba l-katavru tal-vittma.
Il-każ imur lura għat-3 ta’ Lulju fejn nstabet maqtula f’maħżen f’Ħal Qormi,Eleanor Mangion Walker, omm ta’ 33 sena.
Ftit wara li nstab il-katavru tal-mara, l-pulizija bdiet it-tfittxija għal żewġħa Andrew Mangion, li ġie mixli fil-qorti bil-qtil ta’ martu wara li ta ruħu b’idejħ.
L-akkużat Kristijan Zekic, missier ta’ tifel li għandu ftit xhur u jaħdem bħala kok f’restorant lokali, ġie mixli bejn it-2 u t- 3 ta’ Lulju li kien assista lil Mangion biex jinħeba l-katavru tal-vittma. Ir-Russu wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.