Russi sinjuri qed isibu kenn f’Dubaj biex jevitaw l-impatt tas-sanzjonijiet li qed timponi l-Unjoni Ewropea minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.
Ismijiet kbar sinonimi mad-dinja tan-negozju qalu mal-aġenzija tal-aħbarijiet, BBC, li n-numru ta’ biljunjarji u negozjanti Russi li qed jaslu fl-Emirati Għarab Magħquda bħalissa, huwa bla preċedent.
Fil-fatt, rapport juri kif ix-xiri ta’ proprjetajiet f’Dubaj mir-Russi, spara ’l fuq b’sebgħa u sittin fil-mija fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena.
L-Emirati Għarab Magħquda ma poġġew ebda sanzjonijiet fuq ir-Russja jew ikkritikaw l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Huwa stmat li mijiet ta’ eluf ta’ persuni telqu mir-Russja fl-aħħar xahrejn. Ekonomist Russu qal li madwar mitejn elf Russu telqu mill-pajjiż f’għaxart ijiem biss mindu bdiet il-gwerra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI