L-attur ta’ fama mondjali, Russell Crowe, jinsab lura f’Malta għal film ġdid li se jkun parti minnu.
Dan hekk kif hu deher flimkien ma’ tim tal-filming li mistennija jiġbdu bosta xeni madwar il-gżejjer Maltin tul dawn il-jiem li ġejjin.
Crowe kien żar Malta lura meta kien ħa sehem fil-film Gladiator, li parti minnu kien inġibed f’Malta fl-1999 fil-Fort Rinella.
Fuq Twitter, Crowe staqsa jekk għandux segwaċi li jinsabu fuq Twitter li huma minn Malta.