Il-komiku Ingliz, Russell Brand irreaġixxa għall-ewwel darba wara li feġġew allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu ta’ stupru u fastidju sesswali.
Permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, Brand irrimarka kif din il-ġimgħa kienet waħda straordinarja u inkwetanti fl-istess ħin, filwaqt li rrimarka li wieħed għandu jgħarbel sew minn fejn ħierġa din l-informazzjoni kontrih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intant Brand qal li se jkun qed jispjega kollox f’filmat estensiv li se jkun ippubblikat fuq is-sit Rumble hekk kif spjega li dan is-sit huwa favur il-libertà tal-espressjoni.