Il-kummidjant u attur ta’ fama mondjali, Russell Brand, qed ikun akkużat bi stupru, abbuż sesswali u emozzjonali fuq medda ta’ seba’ snin.
L-allegazzjonijiet saru f’investigazzjoni konġunta minn the Sunday Times, the Times u l-program ta’ Channel 4, Dispatches.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
S’issa erba’ nisa ħarġu fil-beraħ jallegaw abbuż sesswali li ntqal li seħħ bejn l-2006 u l-2013.
Brand ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u qal li fir-relazzjonijiet kollox sar b’kunsens.