Rumen ta’ 24 sena, li ismu ma jistax jixxandar minħabba divjett tal-Qorti, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti akkużat li abbuża sesswalment min-neputi tiegħu ta’ erba snin dan meta huwa ġie fdat bih mill-ġenituri tiegħu sabiex jieħu ħsiebu. Huwa wkoll ġie akkużat bi stupru.
Fil-Qorti l-Ispetturi Joseph Busuttil mill-Iskwadra ta’ kontra l-vizzji u l-Ispettur Clayton Camilleri mill-Għassa tal-Qawra akkużaw lill-imputat li b’għemil żieni kkorrompa lin-neputi tiegħu u għamel atti sesswali miegħu meta suppost kellu jieħu ħsiebu, jedukah, jindukrah jew iżommu.
L-akkużat ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u li għamel dawn l-atti matul dan ix-xahar u fix-xhur ta’ qabel, fejn il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ma tagħtux il-ħelsien mill-arrest.
B’rabta ma’ l-istess każ tressaq ukoll ħu l-mara tiegħu li jiġi missier it-tifel fejn ġie akkużat li fit-23 ta’ Ottubru ħebb għar-Rumen u kkawżalu ġrieħi ta’ natura ħfief.
Fil-Qorti huwa ammetta din l-akkuża u qal li ddispjaċih talli għamel, madankollu kien irrabjat għall-akkużat għall-atti li sar jaf li kien qed jagħmel fuq ibnu.
Huwa ngħata l-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena