Marius Stefan, Rumen ta’ 40 sena, inbagħat sena u nofs ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li seraq tliet darbiet minn supermarket fil-Mellieħa.
Stefan, li huwa riċediv, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello li minkejja li huwa riċediv, ma hemmx evidenza li kiser il-kundizzjonijiet u għalhekk ma sabitux ħati fuq dawk l-akkużi. Kif ukoll l-allegazzjoni li rritorna Malta minkejja li kien deportat ma kellhiex biżejjed evidenza biex tissaportja dan l-argument.
Ir-Rumen ġie mitlub ukoll li jirritorna il-€85 fl-ammont li seraq fi żmien sitt xhur. Il-presekuzzjoni kienet imexxija mill-Ispettur Clayton Camilleri.