Tard il-Ħadd filgħaxija Rumen ta’ 30 sena idaħħal b’mod urġenti l-isptar għall-kura wara li nqaleb bil-forklifter li kien qed jiġi misjuq minn ġuvni ieħor ta’ 20 sena fit-Tarzna tal-Palumbo f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq Għajn Dwieli biswit l-entratura tat-Tarzna. Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħarġu lir-raġel ta’ 30 sena minn taħt il-lifter u ħaduh lejn l-emerġenza tal-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isorfri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.