Wara investigazzjoni estensiva dwar sensiela ta’ serqiet fi ħwienet tal-mowbajls matul is-sajf tal-2023, serq stmat li jammonta għal €180,000, ġie identifikat membru wieħed tal-grupp ta’ kriminali Rumeni.
Dan wassal għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, fl-aħħar jiem, wieħed mill-membri tal-grupp ġie arrestat fir-Rumanija stess u sussegwentement ġie estradit lejn Malta.
Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena se jitressaq quddiem il-Qorti fil-ħin li ġej quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech.
Sadanittant il-Pulizija qegħda tkompli bl-investigazzjoni tagħha biex tidentifika u taqbad lill-bqija tal-kriminali.