Ir-Rumen Andrej Denika ta’ 47 sena, tressaq il-Qorti akkuzat li seraq kartiera fuq tal-linja u somma flus minn ATM f’San Giljan lura f’Diċembru li għadda.
L-ispettur Jeffrey Scicluna saħaq li r-Rumen ġie arrrestat jumejn ilu fil-venda tal-Belt wara rapport anonimu li kien hemm 3 persuni jisirqu.
Il-prosekuzzjini saħqet li filwaqt li jumejn ilu dan ma laħaqx seraq, kien imfittex għas-serq ta’ Diċembru li għadda.
L-Avukat difensur Dr. Lennox Vella saħaq li minħabba li l-fedina penali hija nadifa u l-ammont misruq huwa wieħed żghir, għalhekk m’għandux jingħata sentenza ta’ prigunerija effettiva.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Dr. A.M Grima tat sentenza ta’ 6 xhur habs sospiżi għal sena.
Dan filwaqt li huwa mitlub jrodd lura fi żmien xahar is-somom ta’ 175 ewro u 200 ewro flimkien mal-credit cards li seraq.