Il-ktieb jismu ‘Ir-Re Borg’, xogħol il-pinna ta’ Aleks Farrugia.
Dan ir-rumanz juża l-umoriżmu sabiex jindirizza diversi temi, primarjament il-politika.
‘Ir-Re Borg’ jittratta bejjiegħ tal-merċa li jħossu mxebba’ mis-sitwazzjoni politika ta’ pajjiżu u b’ hekk joħroġ għall-elezzjoni. Il-protagonist jaffaċja sfidi hekk kif il-partit tiegħu jżid fil-qawwa tal-appoġġ popolari u jibda jħabbatha sew mal-partiti l-kbar.
ONE News tkellem mal-awtur, Aleks Farrugia, li spjegalna aktar fid-dettall l-istorja u t-temi li jittratta.
Qal, “L-idea hija li, permezz ta’ din il-kampanja elettorali fittizja, nagħtu ħarsa lejn dak li ħafna drabi hu karatteristika tagħna u aħna, bħala Maltin, bħala ċittadini normali, komuni, kif nirrelataw miegħu.”
Anthony DeGiovanni, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ SKS, id-dar tal-pubblikazzjoni li ħarġet dan il-ktieb. Hu qal li dan il-ktieb se jkompli
Qal, “Din hija pubblikazzjoni tal-SKS, waħda minn ħafna, pubblikazzjoni ta’ kwalità u qed nassumi li se tintgħoġob ħafna għax hija fuq il-politika Maltija, suġġett li ftit jiktbu fuqu b’umoriżmu kif inhu miktub dan il-ktieb.”
It-tnedija ta’ dan il-ktieb, li saret fil-Forti Sant’ Iermu, inkludiet ukoll animazzjonijiet qosra ta’ siltiet minn dan il-ktieb.