Ruma stenbħet taħt kutra bajda, dan wara li niżlet ħafna borra. Din qed titqies bħala jum rekord ta’ kemm niżlet borra f’Ruma f’dawn l-aħħar sitt snin.
Huma bosta Taljani, li minkejja li għandhom l-elezzjoni fil-qrib, is-suġġett bħalissa hu dwar il-borra li niżlet b’bosta postijiet magħrufa sew mat-turisti jinsabu taħt kutra bajda b’diversi ritratti li tpoġġew fuq il-midja soċjali jixhdu s-sbuħija ta’ din il-belt.
L-iskejjel għalqu l-bibien kawża tal-ammont ta’ borra li niżlet b’bosta persuni li jinsabu hemm sostnew li minkejja li żaru din il-belt kemm-il darba, qatt ma rawha hekk u jħossuhom fortunati li qed igawdu s-sbuħija ta’ din il-belt b’mod differenti.



