F’ruling li ta l-Ispeaker fis-seduta parlamentari tat-Tnejn filgħaxija, huwa qal li mozzjoni tal-Gvern fuq il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika tista’ tiġi ppreżentata.
Din il-mozzjoni tgħid li jiġi sospiż is-smigħ fil-każ ta’ rapport tal-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler fuq Justyne Caruana.
L-argument għal sospensjoni tas-smigħ huwa minħabba li nfetħu proċeduri l-Qorti minn Caruana wara li argumentat li l-uffiċċju ta’ Hyzler kiser id-drittijiet tagħha.
Il-mozzjoni favur sospensjoni ta’ smigħ fil-Kumitat Parlamentari qed targumenta li l-Kumitat ma għandux jibqa’ għaddej qabel il-Qorti taqtaha fuq il-każ li fetħet Justyne Caruana kontra l-uffiċċju ta’ Hyzler.