F’ruling, l-ispeaker innota kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien skorrett meta talab biex membru tal-kamra ma jibqax jitħallas l-onorarja meta hu assenti minħabba raġunijiet ta’ mard.
Rigward l-assenza tal-membru parlamentari Konrad Mizzi mill-Parlament, l-ispeaker Anġlu Farrugia spjega li Delia kien skorrett ukoll meta stqarr li t-titjiriet reġgħu qed joperaw mill-ġdid mill-Ingilterra.
Is-sedja tal-Parlament kompliet tinnota li dan l-istess membru parlamentari ma kienx skużat milli jattendi l-Parlament minħabba n-nuqqas ta’ titjiriet mill-Ingilterra kif stqarr Delia, iżda minħabba li jinsab lil hinn minn pajjiżna minħabba raġunijiet ta’ saħħa, kif jixhdu ċ-ċertifikati mediċi preżentati.