Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia ma żgwidax il-kamra tar-rappreżentanti fil-Parlament meta kien qed jitkellem dwar l-investiment qawwi fi proġett tal-immaniġjar tal-iskart fil-Magħtab.
Dan qalu l-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-Parlament fejn spjega li l-Ministru Farrugia ma kienx qarrieqi meta qal li l-kunsill Naxxari laqa’ b’mod pożittiv il-proposta dwar il-proġett fiż-żona tal-Magħtab.
B’hekk l-ispeaker tal-kamra sab li m’hemm l-ebda lok ta’ disprezz.
B’risposta għal dan ir-ruling, il-Ministru laqa’ d-deċiżjoni u sostna li ħa jkun hemm koperazzjoni kontinwa mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u kull entità oħra interessata.
Għalhekk il-kunsilliera Naxxarin se jingħataw l-opportunità li jmorru jżuru s-sit u jingħataw aktar informazzjoni permezz ta’ preżentazzjoni teknika.