Ir-ruling tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti li bih l-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, intalab jirtira diskors fil-konfront tal-Prim Ministru huwa xhieda oħra tal-ingann tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Partit Laburista tenna li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, Simon Busuttil mhux biss reġa’ tenna li Egrant hi tal-Prim Ministru, iżda għamel allegazzjonijiet serji dwar l-investigazzjoni nnifisha. Allegazzjonijiet li lbieraħ kellu jirtira wara r-ruling tal-ispeaker.
Filwaqt li bħal kulħadd, Simon Busuttil għandu l-libertà li jesprimi ruħu, irid jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li jgħid.
Kif wara kollox qallu f’Lulju li għadda Adrian Delia sakemm dan tal-aħħar reġa’ nħakem mill-klikka li kienet tmexxi qablu.