It-team nazzjonali malti tar-Rugby Union għada s-sibt se jkun fl-azzjoni f’logħba oħra mir-Rugby Europe Conference 1 South kontra Ċipru fit-Tony Bezzina Stadium Kordin.
Logħba importanti għal Malta fi grupp fejn bħalissa tinsab fit-tieni post minn ħames timijiet. Il-konfront kontra Ċipru jibda fis-2 ta’ wara nofs-in nhar.
Ftit ġranet wara t-team malti jkollu logħba oħra mill-istess kompetizzjoni, din id-darba barra minn xtutna kontra Iżrael.
Dawn iż-żewġ logħbiet huma importanti wkoll għall-fatt li se jkunu l-aħħar żewġ partiti tat-team nazzjonali tar-Rugby Union taħt it-tmexxija tal-kowċ Damien Neill. Dan hekk kif Neill se jkun qed jieqaf mill-kariga wara 18-il sena sħaħ.
Għaldastant il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex g]ada jattendi bi ħġaru mhux biss sabiex jagħti l-appoġġ lit-team malti iżda wkoll sabiex isellem lil Damien Neill.
Intant tħabbret ukoll l-iskwadra maltija għal=-logħba ta’ nhar is-sibt li ġej. L-iskwadra hija kif ġej:
R. Apsee, M. Spiteri, T. Galdes, D. Cerketa, K. Spiteri, T. Davey, N. Azzopardi, G. Scicluna, L. Scicluna, C. Sultana, M. Barbara, H. Perkins, G. Perkins, M. Davey, J. Ellul, J.J. Micallef, D. Apsee, L. Watts, T. Holloway, B. Dalton, M. Cutajar, K. Gauci, M. Camilleri, D. Busuttil, J. Zammit Randich, C. Dudman, J. Debattista, R. Gum, L. Matthews.