It-team malti tar-Rugby League kiseb rebħa kbira ta’ 78-0 kontra l-Bulgarija fil-logħba internazzjonali għall-Medieval Shield li ntlagħbet is-Sibt wara nofs-in nhar fil-Marsa Rugby Ground. Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba bla storja, bil-maltin ikunu 30-0 minn fuq sal-mistrieħ.
Fil-logħba llum spikka fost oħrajn il-veteran Jarrod Sammut b’għadd kbir ta’ punti għat-team malti. Sammut li se jkun qed iħalli pajjiżna minnufih sabiex għada jilgħab mat-team tiegħu Barrow Raiders f’logħba mill-kampjonat kontra York City Knights.
Ir-rebħa tal-lum kienet ripetizzjoni tar-rebħa li t-team malti kien kiseb kontra l-istess Bulgarija s-sena l-oħra. Dak -in nhar il-logħba kienet saret f’Sofia l-Bulgarija u l-maltin kienu rebħu 50-6.