It-team malti tar-Rugby League għeleb lil Oxford University RLFC bl-iskor ta’ 34-20 f’logħba ta’ ħbiberija fil-pitch tar-Rugby l-Marsa s-sibt wara nofs-in nhar. Logħba li nt;agħbet fi sħana qawwija u b’attendenza sabiħa.
Wara 15-il minuta l-maltin kienu 22-0 minn fuq, bl-avversarji iwettqu eazzjoni lejn nofs-il logħba. Josh Gatt kien protagonista lejn l-aħħar biex għalaq il-logħba favur il-maltin 34-20.
Oxford University kienu ta’ theddida għat-team malti 10 minuti mit-tmiem hekk kif naqqsu d-distakk għal 2 punti biss.
Jean Pierre Zarb fetaħ lpiskor għal Malta wara 4 minuti, filwaqt li d-debuttant Harrison Jewitt, Jean Scholey, Josh Cassar u Kyle Gauci niżlu isimhom fil-lista ta’ skorers għat-team malti.
Lejn l-aħħar żiedu l-iskor Josh Gatt u l-captain malti Karl Cassar flimkien ma’ Kyle Gauci.
It-team malti kien immexxi mill-kowċ Philip Humphrey u issa jerħa jkun fl-azzjoni mat-team nazzjonali f’Ottubru meta Malta jkollha logħba internazzjonali barra minn xtutna kontra l-Olanda.
Malta XIII 34
(J.Zarb, H.Jewitt, J.Scholey, J.Cassar, J.Gatt, K.Cassar tries, K.Gauci 5 from 6 goals)
Oxford University 20
(M.Wills 2, T.Milton, J.Sander tries, T.Milton 2 from 2, M.Wills 0 from 2 goals)
(Photo Credit: Mike Borg)