It-team tar-Rugby League Malta Knights, se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet mill-kampjonat ewropew aktar tard din is-sena.
Malta Knights se jilgħabu kontra l-Olanda fit-18 t’Ottubru, filwaqt li ġimgħatejn wara jilgħabu kontra s-Sebja. Malta se tkun qed tilgħab fi Grupp B.
F’dan il-kampjonat se jieħdu sehem disa’ timijiet. Il-promozzjoni u r-relegazzjoni se jiddeterminaw liema minn dawn it-timijiet jikkompetu fl-2026.
Malta Knights se jibdew it-tħejjijiet għal dawn iż-żewġ logħbiet kompetittivi b’kamp ta’ taħriġ f’Ġunju li ġej.
Intant Malta XIII se tilgħab kontra tim minn Università fl-Ingilterra.


