It-team malti tar-Rugby League, Malta Knights, kellu laqgħa mal-Prim MInistru Dr Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.
Il-laqgħa saret bħala parti mill-20 anniversarju tal-Malta Rugby League kif ukoll bħala rikonixximent għas-suċċessi li kellu dan l-aħħar it-team malti. Filfatt il-plejers maltin tar-Rugby League ilhom għal tliet snin sħaħ mhux megħluba fil-komeptizzjonijiet ewropej.
It-team malti bħalissa jinsab fit-13-il post tar-Rankings tad-Dinja u f’Settembru li għadda għeleb lill-Italja bl-iskor konvinċenti ta’ 42-0.
Bħalissa qed jpprepara sabiex jieħu sehem fil-Euro B tal-Kampjonati tal-Ewropa fejn se jilgħab kontra timijiet bħall-Olanda u s-Serbja.
Il-president tal-Malta Rugby League Jean-Pierre Zarb qal li l-laqgħa tal-lum mal-Prim MInjstru ta’ Malta hija importanti għal dan l-isport u turi r-rikonoxximent li għandu mill-awtoritajiet. Rikonoxximent u appoġġ li jfisser ħafna għall-komunita’ tar-Rugby League f’pajjiżna.