Rudolph Agius irnexxielu jikkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja tal-Ironman se jsir fit-13 ta’Ottubru f’Kailua-Kona fil-Hawaii. Meqjusa bħala l-aktar avveniment importanti fit-triathlon, Agius se jkun it-tieni atleta tal-klabb Karkariz li se jkun qed jikkompeti f’din like-kompetizzjoni ta’ prestiġju.
Agius qed jimxi fuq il passi ta’ Dermot Galea tal-istess klabb li kien l-ewwel Malti li ħa sehem ukoll f’ Kailua-Kona fl-2013. Hu assigura l-Kwalifikazzjoni fil-Kampjonat Ewropew tal-Ironman fi Frankfurt. Agius spiċċa fil-15-il post minn 464 atleta fil-kategorija tiegħu.
Bhala parti mill-preparazzjoni, Rudolph Agius spiċċa fit-tieni post fl-Ocean Lava Malta li saret f’Mejju li għadda. “Il-mira tieghi kienet li ntejjeb ir-riżultat li ksibt fil-Kampjonat Ewropew fil-Ġermanja u nikseb l-ogħla pożizzjoni
possibbli.” Agius rrefera għat-taħriġ intensiv bi preparazzjoni għal din il-parteċipazzjoni, fejn qal li wara brejk żgħir, jibda taħriġ iebes ta’ ħames sigħat kuljum bi tliet sessjonijiet kuljum. Agius saħaq dwar l-importanza li jkun ikkonċentrat 100% fil-preparazzjoni biex fil-ġurnata importanti li jkun fl-aqwa tiegħu.
Mit-tliet dixxiplini tat-triathlon, Agius semma ċ-ċiklizmu bħala l-ktar ta’sfida, minhabba li jrid jaghmel sighat ta’ ċikliżmu f’pajjiż żghir bhal Malta. Fil-fatt hu qed jippjana li jagħmel sessjonijiet ta’ ċikliżmu barra l-pajjiż. “Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħu għall-appoġġ kontinwu tagħhom kif ukoll il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, il-klabb tiegħi Birkirkara St. Joseph kif ukoll isponsors tiegħi.
Din it-tellieqa se tkun għalikom,” ikkonkluda Agius.