Rudolph Agius, triatleta ferm dedikat minn Malta, riċentement wera l-kapaċitajiet tiegħu fl-Ironman Hamburg European Championship fejn kiseb riżultat imressjonanti ta’ 9 sieghat 36 minuta u 17-il sekonda, biex spiċċa fis-27 post minn 337 kompetitur fl-age group tieghu (45-49). Il-wirja tiegħu kienet tinkludi għawma ta’ 58:23, bike ride ta’ 4:57:45 u ġirja ta’ 3:30:31, liema riżultat wassal biex Agius jirbaħ post fl-Ironman World Championships li huma ppjanati għal Ottubru 2024 ġewwa Hamburg.
Din se tkun ir-raba’ darba li Rudolph Agius ikkwalifika għall-Ironman World Championships, bit-tliet okkazjonijiet preċedenti jkunu fl-2018 fi Frankfurt, fl-2019 f’Barcelona u fl-2023 f’Lanzarote.
Huwa ħa sehem ukoll tliet darbiet f’Kona, il-Hawaii u darba f‘Nizza fi Franza, filwaqt li kkwalifika wkoll darbtejn għall-Ironman 70.3 World Championships fl-2016 f’Barcellona u fl-2019 f’Oman.
Rudolph Agius ilu attiv bħala triatleta għal dawn l-ahhar 15-il sena, fejn dejjem iffoka primarjament fuq distanzi sħaħ fil-kategorija Ironman, li jikkonsistu minn għawma ta’ 3.8 km, bike ride ta’ 180 km u girja ta’ 42.2 km. Huwa ħa sehem ukoll f’diversi Ironman 70.3 events, li jinkludu għawma ta’ 1.9 km, bike ride ta’ 90 km u girja ta’ 21 km.
Huwa għandu reġim ta’ taħriġ regolari fil-ġimgħa li jikkonsisti minn madwar 25 km għawm, 600 km rota u 105 km giri, li juru l-impenn u d-dixxiplina tiegħu f’dan l-isport.
Rudolph Agius għandu f’idejħ rekords nazzjonali kemm fil-Full Ironman kif ukoll fl-Ironman 70.3. Huwa waqqaf rekord nazzjonali ghall-Full Ironman b’hin ta’ 9:00:53 fi Spanja u fl-Ironman 70.3 b’hin ta’ 4:06:04 fil-Bahrain.
Rudolph Agius qed iħares lejn l-Ironman World Championships ta’ Ottubru li ġej b’determinazzjoni kbira hekk kif għal darb’ohra se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-kamp sportiv fuq bażi globali. Il-vjaġġ tiegħu minn triatleta passjonali għal kompetitur ta’ klassi mondjali huwa xhieda tal-perseveranza, id-dedikazzjoni u t-talent eċċezzjonali tiegħu. Hekk kif huwa jkompli jagħfas ‘il quddiem lejn l-aħjar tal-kapaċitajiet tieghu, huwa jrid ikompli jispira u jgħolli lill-komunita’ Maltija fil-kamp tat-triathlon, li jagħmlu wieħed mill-aktar triatleti ta’ livell għoli f’pajjiżna.
Rudolph Agius jixtieq jieħu l-okkazjoni biex juri l-ħajr tiegħu lejn l-isponsors tiegħu, jiġifieri Attard Bros Group, BigMat, Nectar, Malta Nutrition, Pfanner, Intersport u Pata.