Il-Perit Ruben Abela huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Huwa kien jaħdem fl-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll f’Heritage Malta.
Il-ħatra tiegħu tħabbret ilbieraħ filgħaxija mill-Ministru Josè Herrera waqt li kien qed jagħlaq id-diskussjoni dwar l-estimi ta’ dħul u nfiq tal-awtorità għas-sena finanzjarja 2016. Din l-awtorità hija aġenzija li tieħu ħsieb l-ambjent u nħolqot wara li l-gvern fired l-ambjent mill-ippjanar skont il-manifest elettorali.
Meta ntroduċa d-diskussjoni, l-Ministru Herrera spjega li malta għandha 13.5 fil-mija tal-art meqjusa bħala Natura Elfejn u fil-jiem li ġejjien se jħabbar biċċa oħra kbira ta’ art biex tidħol f’din l-iskeda.