Il-President Iranjan Hassan Rouhani rebaħ l-elezzjoni presidenzjali biex se jservi fit-tieni terminu tiegħu bħala President tal-Iran. Ivvutaw iktar minn 40 miljun persuna, b’57% minnhom, jiġifieri 23 miljun, juru appoġġ bla preċedent lil Rouhani.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li inċentiv li rebbaħlu ħafna voti kien dak li jillimita aċċess tal-programm nukleari tal-Iran lill-poteri mondjali.
Intant il-maġġoranza assoluta tal-voti favur Hassan Rouhani tfisser ukoll li m’hemmx ċans li jkun hemm tieni rawnd ta’ votazzjoni.