Minn għada t-triq li mill-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq Garibaldi tgħaddi mill-Qasam Industrijali tal-Marsa fid-direzzjoni tal-Marsa fid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi u Triq Aldo Moro, se tkun miftuħa biss f’din id-direzzjoni.
Din ir-rotta se tkun qed issir sabiex tiffaċilita rotta alternattiva oħra għal Vjal Santa Luċija, minħabba bħalissa din it-triq tinsab magħluqa biex jitħaffru l-mini ġodda taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.
(1) Meta tkun għaddej mill-korsija ta’ ġewwa ta’ Triq Garibaldi, trid iddur għal din ir-rotta alternattiva (mill-Qasam Industrijali)
(2) Dawk li jużaw il-korsija ta’ barra jistgħu jibqgħu għaddejjin mill-istess triq, lejn Triq il-Gvern Lokali u Triq Aldo Moro.
Infrastructure Malta appellat sabiex wieħed isegwi d-direzzjonijiet tal-uffiċjali tal-Pulizija u l-uffiċjali ta’ Transport Malta.