Mill-Ħamis 2 ta’ Jannar 2025 se jidħlu fis-seħħ rotot ġodda madwar il-proġett tal-Imsida Creek.
Se jkun qiegħed jingħalaq l-aċċess minn Ta’ Xbiex lejn il-Wied tal-Imsida u se tinfetaħ triq temporanja maġenb il-monument tal-ħaddiem biex tiffaċilita l-ivvjaġġar mill-Belt Valletta lejn Ta’ Xbiex, il-Gżira u Tas-Sliema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Infrastructure Malta ħeġġet lin-nies sabiex jużaw rotot alternattivi minn Triq Reġjonali jew il-Junction tal-Kappara biex minn Ta’ Xbiex imorru lejn il-Wied tal-Imsida.