Id-Deputat Rosianne Cutajar qalet li mhix se tkompli bil-proċeduri legali li bdew tliet snin ilu kontra Mark Camilleri.
Fuq il-midja soċjali hija qalet li dan qed tagħmlu b’rispett lejn il-ħajja privata tal-familja tagħha inkluża bintha u anki fid-dawl tat-talba tagħha biex tirritorna fil-Grupp Parlamentari Laburista u l-proċess li għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-partit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Saħqet li l-ebda kumpens mill-Qorti ma jista’ jagħmel magħha ġustizzja wara l-azzjonijiet insensittivi u krudili li sofriet.
Cutajar temmet tgħid li tħares ’il quddiem li tkompli taħdem għan-nies u fost in-nies.