Fi stqarrija mill-Partit Laburista llejla tħabbar li d-deputat Rosianne Cutajar mhux se tibqa’ tifforma parti mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista.
Dan wara li llum Cutajar kitbet ittra lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, biex tinfurmah b’din id-deċiżjoni.
Hija qalet li se tibqa’ fil-Parlament bħala deputat indipendenti.
Fl-ittra li ġiet ippubblikata mal-istqarrija tal-Partit Laburista, Rosianne Cutajar qalet li din id-deċiżjoni qed toħodha b’serenità iżda bi swied ta’ qalb għaliex l-Partit Laburista kien it-tieni familja tagħha tul dawn l-aħħat tlettax-il sena.
Qalet li se tieħu aktar ħin biex tieħu ħsieb saħħitha, il-familja ġdida tagħha u timraħ fuq livell professjonali.