L-eks plejer Internazzjonali tal-Ingilterra, Wayne Rooney, ma jistax isuq għal sentejn wara li wieġeb ħati li saq taħt l-effett tal-alkoħol.
Rooney twaqqaf mill-Pulizija ta’ Wilmslow waqt li kien qed isuq karozza Volkswagen Beetle sewda fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, l-Ġimgħa l-1 ta’ Settembru.
Fil-Qorti Rooney ġie ordnat ukoll jagħmel 100 siegħa ta’ xogħol volontarju. Quddiem l-għatba tal-Qorti, inġabru numru kbir ta’ fotografi u ġurnalisti iżda minkejja dan huwa ma ta ebda kummenti lill-midja qabel instema’ l-każ fil-Qorti.
Iżda l-eks plejer internazzjonali Rooney ħareġ stqarrija aktar tard fuq il-website uffiċjali tiegħu, huwa għamel apoloġija pubblika dwar dak li ġara u qal li dak li jagħmel kien ħażin ħafna u li jiddispjaċih.
Huwa qal li jaċċetta s-sentenza u li se jkun qed jagħmel tajjeb għall-għaġir tiegħu f’servizzi lill-komunità.