Il-prosekuturi Amerikani qalu li l-istilla ta’ Juventus Cristiano Ronaldo mhuwiex se jaffaċċja pieni wara li ġie akkużat li wettaq abbuż sesswali.
Kathryn Mayorga ta’ 34 sena allegat li l-plejer Portugiż stuppraha f’lukanda ġewwa Las Vegas, lura fl-2009.
Min-naħa tiegħu Ronaldo mhuwiex qed jgħid li hu ma ltaqax mal-mara fl-2009. Iżda qed jgħid li dak li sar, sar bil-kunsens tagħha.
Qed jiġi rrappurtat li fl-2010, Mayroga u Ronaldo kienu laħqu ftehim barra l-qorti. Iżda għal xi raġuni fl-2018, il-mara ħasset li kellha terġa’ tiftaħ il-każ fil-Qorti.
Il-Pulizija ta’ Las Vegas qalet li ma għandiex biżżejjed evidenza u information li turi li Cristiano Ronaldo huwa ħati għal dan ir-reat. Għalhekk, mhu ħa qed jaffaċċja l-ebda konsegwenzi.
Kien il-magazine Ġermaniż Der Spiegel li ppubblika l-ewwel din l-istorja. Dan minkejja li fl-2010, Ronaldo kien ħallas l-ammon ta’ $375,000 sabiex allegazzjonijiet bħal dawn ma joħorġux fil-pubbliku.
Ritratt: Getty Images