L-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo kkritika lill-Iżlanda għan-nuqqas ta’ ambizzjoni li wrew matul il-partita tal-bieraħ li ntemmet fi draw ta’ 1-1. Il-plejer ta’ Real Madid irrifjuta milli jieħu b’idejn il-plejers tal-Iżlanda ma’ tmiem il-partita.
“Kif intemmet il-partita ċċelebraw daqslikieku rebħu l-kompetizzjoni. Inkredibbli. Għamilna l-almu kollu tagħna biex nirbħu l-partita u l-Iżlanda m’għamlu xejn minn dan. Fl-opinjoni tiegħi, din turi li dawn għandhom ‘mentalità żgħira’ u li mhuma se jagħmlu xejn fil-kompetizzjoni.”
Dawn il-kummenti qanqlu furur fuq il-mezzi soċjali, b’Hermann Hreidarsson, eksplejer tal-Iżlanda jiddeskrivi lil Ronaldo bħala “ħasra”.